Language of document : ECLI:EU:T:2014:768

Kawża T‑425/11

Ir-Repubblika Ellenika

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Każinojiet Griegi – Skema li tipprovdi għal piż ta’ 80 % fuq biljetti tal-ammissjoni ta’ ammonti differenti – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014

1.      Rikors għal annullament – Rikors tal-Istati membri – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern – Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura legali – Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Skema li tipprovdi rata ta’ tassazzjoni identika fuq biljetti tal-ammissjoni differenti – Ammonti tal-biljetti tal-ammissjoni ffissati mill-awtoritajiet pubbliċi – Vantaġġ għall-impriżi li japplikaw prezz ta’ ammissjoni iktar baxx – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33, 34)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37-43)

3.      Fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, minn naħa, taxxa uniformi fuq il-prezz tal-biljetti ta’ ammissjoni fil-każinojiet u, min-naħa l-oħra, żewġ prezzijiet legali differenti għall-biljett ta’ ammissjoni, sa fejn il-piż imħallas lill-Istat mill-każinojiet kollha huwa kkalkolat prorata minn dak li huma effettivament irċevew għal dan il-għan, il-fatt li l-każinojiet li għalihom kienet tapplika taxxa fuq l-ammissjoni iktar baxxa jħallsu lill-Istat somom inqas minn dawk imħallsa lil din tal-aħħar mill-każinojiet li għalihom tapplika taxxa fuq l-ammissjoni, iżda direttament proporzjonali, ma huwiex suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-każinojiet li jaqgħu taħt l-ewwel kategorija.

(ara l-punti 55, 57, 68)