Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015 – Sea Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/13) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess –Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi – Obbligu ta’ twettiq ta’ eżami konkret u individwali – Interess pubbliku superjuri – Aċċess parzjali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Grespan u C. Zadra, sussegwentement minn D. Grespan u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ġunju 2013, li tirrifjuta li tagħti lil Sea Handling l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sea Handling SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.