Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 taʼ Mejju 2013 - Ryanair Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Holdings (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch avukat, u D. Hull, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 1106 finali, tas-27 ta' Frar 2013, li tiddikjara amalgamazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.6663 - Ryanair/Aer Lingus III);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-Kummissjoni wettqet żball billi ddeċidiet, u naqset milli turi b'mod suffiċjenti fid-dritt, li l-amalgamazzjoni, kif emendata mill-impenji offruti mir-rikorrenti, jostakolaw il-kompetizzjoni fis-suq komuni b'mod sinjifikattiv. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' proporzjnalità, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta' motivazzjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta' evalwazzjoni u kisret il-prinċipji msemmijin iktar 'il fuq fir-rigward (a) tal-impenji li jirrigwardaw it-trasferiment tal-operazzjonijiet ta' Aer Lingus fuq 43 rotta li jikkoinċidu, lil Flybe Group plc; (b) l-impenji li jirrgwardaw ir-rotot Dublin-Londra, Cork-Londra, u Shannon-Londra; (ċ) l-impenji li jirrigwardaw l-operazzjonijiet ta' Aer Arann fuq 43 rotta li jikkoinċidu fuq liema Flybe topera, u (d) l-impenji li jirrigwardaw ir-rotot li fuqhom il-Kummissjoni identifikat tħassib potenzjali dwar il-kompetitzzjoni.

____________