Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 – Marsili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/10) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Evalwazzjoni tal-eżami orali – Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Letizia Marsili (Brusell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Velardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L. Marsili għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1  ĠU C 161, 19.06.2010, p. 57.