Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2013 - Tegometall International vs UASI - Irega (MEGO)

(Kawża T-11/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Irega AG (Zuchwil, l-Isvizzera)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 1522/2011-1 u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 786 134 "MEGO", u, sussidjarjament, tannullaha u tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami mill-ġdid.

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "MEGO" għal prodotti fil-klassijiet 6 u 20 - Trade mark Komunitarja Nru 3 786 134

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Irega AG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-reġistrazzjonijiet nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali tat-trade mark verbali "TEGO", it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja "TEGOMETALL" u r-reġistrazzjonijiet nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Tegometall" għal prodotti fil-klassijiet 6, 20 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta' res judicata

-    ksur tal-Artikoli 34(2) u 8(2) tar-Regolament Nru 207/2009

-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________