Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Jannar 2013 - MasterCard International vs UASI - Nehra (surfpin)

(Kawża T-13/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard International, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Bolter u C. Sawdy, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Sheetal Nehra (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni skont l-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tilqa' l-oppożizzjoni tar-rikorrenti magħmula kontra t-trade mark tal-konvenut kollha kemm hi;

sussidjarjament, tilqa' l-oppożizzjoni tar-rikorrenti f'dak li jirrigwarda tali servizzi li fir-rigward tagħhom jinstab li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni, u/jew tali servizzi fejn jiġi ddeterminat li jeżisti riskju li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tikseb vantaġġ inġust mill-, jew tkun ta' detriment għall-, karattru distintiv jew reputazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri blu, iswed u abjad li tinkludi l-element verbali "surfpin" u disinn ta' tliet ċrieki li jiltaqgħu, għal servizzi fil-klassi 36 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 368 862

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi b'kuluri differenti li jinkludu disinn ta' ċrieki li jiltaqgħu, u wħud minnhom l-elementi verbali "MasterCard Worldwide" jew "MasterCard" - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5 198 585, reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5 198 494, reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 425 471, reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 429 669, reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitaja Nru 5 646 261, reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 761 221, reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5 646 492 u reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5 646 609 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 9, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 35, 36, 38, 39, 41 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________