Language of document : ECLI:EU:T:2014:803





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO)

(Kawża T‑11/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MEGO – Raġuni relattiva għal rifjut – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti – Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Relazzjoni bejn deċiżjoni finali fil-qasam tal-oppożizzjoni u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Awtorità ta’ res judicata – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 53(4) u 100(2)) (ara l-punt 12)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 15)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tegometall International AG u Irega AG.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tegometall International AG quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.