Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-9/13) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Eċċezzjoni ta’ illégalità – Żball ta’ liġi – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Kompetenza tal-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoniˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: The National Iranian Gas Company (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Glaser u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tal-punt 8 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/635, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), u tad-deċiżjoni kkomunikata permezz tal-ittra tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2014, sa fejn huwa kkonċernat l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.The National Iranian Gas Company hija kkundannata għall-ispejjeż.