Language of document : ECLI:EU:T:2014:1054





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 —
Sherwin‑Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)


(Kawża T‑12/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ARTI — Trade mark Benelux verbali preċedenti ARTITUDE u reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Benelux preċedenti ARTITUDE — Reġistrazzjoni rrifjutata — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Prodotti identiċi u jixxiebhu ħafna — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li jiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ punti ta’ liġi ġodda — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 30-34)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46, 47, 82)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva ARTI u trade mark verbali ARTITUDE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 54, 55, 81, 83, 84)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57, 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2085/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Akzo Nobel Coatings International BV u Sherwin-Williams Sweden Group AB.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sherwin-Williams Sweden AB hija kkundannata għall-ispejjeż.