Language of document : ECLI:EU:T:2015:235

Kawża T‑10/13

Bank of Industry and Mine

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Terminu tar-rikors – Ammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Żball ta’ liġi – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Kompetenza tal-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2015

1.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413, u Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 2012/635 – Esklużjoni

(Artikolu 29 TUE; ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK, Artikolu 1(8))

2.      Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors dirett kontra att li jistabbilixxi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Entità pubblika li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali – Domanda li ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tal-motiv iżda l-fondatezza tiegħu

(ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet fundamentali – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu emanazzjonijiet ta’ Stati terzi – Inklużjoni – Responsabbiltà tal-Istat terz għall-osservanza tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tiegħu stess – Assenza ta’ effett

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 41 u 47)

4.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Stħarriġ li jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għall-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi

(Artikolu 29 TUE; Artikoli 215(2) TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c)); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d))

5.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Kriterji ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Sostenn lill-Gvern Iranjan – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali teħtieġ ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà tal-effetti tar-regoli legali

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c) u 2012/35/PESK, premessa 13; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d))

6.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju ħieles ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), 2012/35/PESK, premessa 13, u 2012/635/PESK, Artikolu 1(8); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d))

7.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Deċiżjoni adottata fil-kuntest tat-Trattat UE – Rekwiżiti proċedurali stabbiliti mill-Artikolu 215(2) TFUE – Inapplikabbiltà

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK)

8.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Setgħa tal-Kunsill, fil-qasam tal-miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li jirrikorri għall-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE

(Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2))

9.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Proċedura ta’ inklużjoni fil-lista tal-persuni u entitajiet li huma s-suġġett ta’ ffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Għażla tal-bażi legali – Regolament Nru 267/2012 – Osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 291 TFUE

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, Artikoli 29 TUE u 31(1) TUE; Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikoli 23(2) u 46(2))

10.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna interessata li tippermettilu jifhem il-portata tal-miżura adottata fir-rigward tiegħu – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

11.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba f’dan is-sens quddiem il-Kunsill

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

12.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jsostnu lill-Gvern Iranjan – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47 ; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012)

13.    Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu tal-Kunsill li jirrevedi dawn il-miżuri f’intervalli regolari – Ksur – Assenza ta’ impatt fuq il-validità ta’ dawn il-miżuri – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-għan tal-obbligu ta’ reviżjoni u assenza ta’ effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni tal-entità kkonċernata

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 26(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(6))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 27-30)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48, 49)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53, 55, 57, 58)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 74, 75, 170-173)

5.      Il-Kunsill għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni ġenerali u astratta tal-kriterji legali u tal-metodi ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi. F’dan ir-rigward, bil-formulazzjoni wiesgħa ħafna tiegħu, il-kriterju ta’ sostenn lill-Gvern Iranjan jikkonferixxi setgħa diskrezzjonali lill-Kunsill. Madankollu, din is-setgħa ma hija la eżorbitanti u lanqas arbitrarja. Fil-fatt, l-ewwel nett, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u li b’mod partikolari jeħtieġ li l-liġijiet ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta dawn jistgħu jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u fuq l-impriżi, huwa, ċertament, applikabbli f’dak li jikkonċerna l-miżuri restrittivi li jaffettwaw ħafna d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni u entitajiet ikkonċernati. It-tieni nett, il-kriterju ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan jidħol f’kuntest legali delimitat b’mod ċar mill-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tirregola l-miżuri restrittivi kontra l-Iran, b’mod partikolari l-premessa 13 tad-Deċiżjoni 2012/35, li daħħlet dan il-kriterju fl-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. Hekk kif jirriżulta mill-premessa 13 tad-Deċiżjoni 2012/35, il-kriterju msemmi jikkonċerna b’mod immirat u selettiv lil attivitajiet tal-persuna jew tal-entità kkonċernata stess u li, anki jekk bħala tali dawn ma għandhom ebda rabta’ diretta jew indiretta mal-proliferazzjoni nukleari, madankollu jistgħu jiffavoruha, billi jipprovdu lill-Gvern Iranjan b’riżorsi jew b’faċilitajiet ta’ natura materjali, finanzjarja jew loġistika li jippermettulu jkompli l-attivitajiet ta’ proliferazzjoni

Għalhekk, il-kriterju msemmi ma jirrigwardax il-forom kollha ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan, iżda l-forom ta’ appoġġ li, permezz tad-daqs kwantitattiv jew kwalitattiv tagħhom, jikkontribwixxu għat-tkomplija tal-attivitajiet nukleari Iranjani. Dan jiddefinixxi b’mod oġġettiv lil kategorija definita ta’ persuni u ta’ entitajiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi. Konsegwentement, dan jista’ japplika għal kull entità li tagħti appoġġ, b’mod partikolari taħt forma ta’ sostenn finanzjarju, lill-Gvern Iranjan. Min-naħa l-oħra, dan ma jikkonċernax lill-entitajiet kollha miżmuma mill-Gvern Iranjan jew li għandhom rabtiet ma’ dan tal-aħħar, jew inkella lill-kontribwenti Iranjani kollha.

(ara l-punti 75-80, 83, 84, 88)

6.      Fid-dawl tal-importanza primordjali taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, il-Kunsill jista’ jqis, mingħajr ma jaqbeż il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li l-ksur tad-dritt tal-proprjetà li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kriterju ta’ sostenn lill-Gvern Iranjan, previst fil-premessa 13 tad-Deċiżjoni 2012/35, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, u mill-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, bil-għan li jimponi l-iffriżar tal-fondi fuq ċerti persuni u entitajiet pubbliċi li jipprovdu tali sostenn, huwa xieraq u neċessarju, għall-finijiet li tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-Gvern Iranjan sabiex jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tiegħu. Konsegwentement, dan il-kriterju huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma jagħtix setgħa eżorbitanti lill-Kunsill.

(ara l-punti 78, 91, 92, 195-199)

7.      L-adozzjoni bil-quddiem ta’ deċiżjoni konformement mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE, tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja biex il-Kunsill ikun jista’ jadotta miżuri restrittivi abbażi tas-setgħat ikkonferiti lilu bl-Artikolu 215(2) TFUE. Madankollu, din il-konstatazzjoni ma timplikax li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE hija suġġetta għar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti mill-Artikolu 215(2) TFUE, pjuttost milli għar-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 29 TUE stess. Issa, dan tal-aħħar jawtorizza lill-Kunsill jaġixxi waħdu biex jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija hemm.

(ara l-punti 99, 101)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 105-107)

9.      Ir-Regolamenti, bħar-Regolament Nru 267/2012, li jemenda d-Deċiżjoni 2010/413 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, li jipprovdu miżuri restrittivi abbażi tal-Artikolu 215 TFUE, huma intiżi biex jimplementaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE, fil-kuntest tal-Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK). B’mod partikolari, minħabba l-finalità, in-natura u l-għan tagħhom, miżuri restrittivi adottati abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, li għandhom bħala għan li jeżerċitaw pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari, huma relatati b’mod iktar strett mal-implementazzjoni tal-PESK iktar milli mal-eżerċizzju tal-kompetenzi kkonferiti lill-Unjoni mit-Trattat FUE.

Issa, fil-kuntest tat-Trattat UE, mill-qari flimkien tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, tal-Artikolu 29 TUE u tal-Artikolu 31(1) TUE jirriżulta li l-Kunsill, bħala regola ġenerali, għandu l-kompetenza li jeżerċita s-setgħa deċiżjonali fil-qasam tal-PESK, billi jaġixxi unanimament. B’mod partikolari, huwa l-Kunsill, li jaġixxi waħdu, li jiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni ta’ isem ta’ persuna jew ta’ entità fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413. Issa, hija proprjament din ir-reġistrazzjoni li tiġi implementata, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, bl-adozzjoni ta’ miżura ta’ ffriżar ta’ fondi abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-partikolarità tal-miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, tan-neċessità li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u dik li tinsab fl-Anness IX tal-imsemmi regolament, kif ukoll tal-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għad-data tas-servizzi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri li jistgħu jirriżultaw neċessarji għall-implementazzjoni tal-miżuri msemmija, il-Kunsill jista’ jqis ġustament li l-implementazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, relattiv għall-iffriżar tal-fondi, tikkostitwixxi każ speċifiku fis-sens tal-Artikolu 291(2) TFUE, u li għaldaqstant għandu d-dritt li jirriżerva għalih il-kompetenza li jimplementah, fl-Artikolu 46(2) tar-regolament imsemmi.

Fir-rigward tal-kwistjoni jekk ġietx debitament iġġustifikata l-eżistenza ta’ każ speċifiku, il-ġustifikazzjoni għar-riżerva tal-implementazzjoni magħmula favur il-Kunsill, fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012, tirriżulta minn qari flimkien tal-premessi u tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, fil-kuntest tal-artikolazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE fil-qasam tal-iffriżar tal-fondi.

Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 291(2) TFUE, biex ikunu jistgħu jingħataw kompetenzi ta’ implementazzjoni lill-Kunsill, huma sodisfatti f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 267/2012.

(ara l-punti 109-114, 119)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 122-127, 133-139)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 144)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 149, 151)

13.    Abbażi tal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u tal-Artikolu 46(6) tar-Regolament Nru 267/2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, il-Kunsill huwa marbut li jirrevedi l-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti f’terminu ta’ tnax-il xahar mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/635 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 li jimplementa r-Regolament Nru 267/2012.

Madankollu, il-ksur tal-obbligu ta’ reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati ma jiġġustifikax l-annullament tal-atti li adottawhom peress li l-għan tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu r-reviżjoni perjodiku tal-miżuri restrittivi ġie osservat, minkejja li tardivament, u b’hekk il-ksur tat-terminu ta’ reviżjoni mill-Kunsill ma jipproduċi ebda effett negattiv ulterjuri fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti. Dan l-għan huwa dak li tiġi żgurata verifika regolari li l-miżuri restrittivi adottati jkunu għadhom ġustifikati.

(ara l-punti 155-157, 160-162, 164, 165)