Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ġunju 2012 - Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-214/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-metakrilati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Parteċipazzjoni f'aspett wieħed tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Multi - Obbligu ta' motivazzjoni - Gravità tal-ksur - Effett dissważiv - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Tul tal-proċeura - Terminu raġonevoli")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imperial Chemical Industries Ltd, li kienet Imperial Chemical Industries plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment D. Anderson, QC, H. Rosenblatt, B. Lebrun, avukati, W. Turner, S. Berwick u T. Soames, solicitors, sussegwentement R. Wesseling u C. Swaak, u finalment R. Wesseling, C. Swaak u F. ten Have, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Amato, sussegwentement V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Arbault, u finalment V. Bottka u J. Bourke, aġenti

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2098 finali, tal-31 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 - Metakrilati), jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta skont din id-dispożizzjoni.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Imperial Chemical Industries Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 237, 30.09.2006.