Language of document : ECLI:EU:T:2012:275

Kawża T‑214/06

Imperial Chemical Industries Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-metakrilati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Parteċipazzjoni f’aspett wieħed tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Gravità tal-ksur — Effett dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Tul tal-proċedura — Terminu raġonevoli”

Sommarju tas-sentenza

1.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment

(Artikolu 81(1) KE)

2.      Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti

(Artikolu 81(1) KE)

3.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova — Ammissibbiltà — Saħħa probatorja ta’ xhieda mogħtija b’mod volontarju mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju sabiex jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

(Artikolu 81(1) KE)

5.      Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehim u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà għall-ksur kollu lil impriża waħda — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE)

6.      Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti — Obbligu tal-Kummissjoni li tindika ċ-ċifri relatati mal-metodu tal-kalkolu tal-multi — Assenza

(Artikoli 81(1) KE u 253 KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

7.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq — Assenza — Kalkolu tal-ammont inizjali tal-multa — Obbligu li dan l-ammont jinqasam bejn il-proprjetarji suċċessivi ta’ kumpannija li wettqet ksur — Assenza

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A)

8.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Kriterji għall-evalwazzjoni tal-fattur ta’ dissważjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża kkonċernata — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Applikazzjoni ta’ koeffiċjent multiplikatur — Neċessità li ssir distinzjoni bejn l-impriżi implikati fl-istess ksur fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ tagħhom — Assenza — Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità — Assenza

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, il-ħames paragrafu tal-punt 1 A)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta tnaqqis tal-multa — Obbligi probatorji tal-impriżi li jkunu qegħdin jikkontestaw din id-deċiżjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Informazzjoni tardiva ta’ impriża dwar l-iżvolġiment ta’ investigazzjoni, ibbażata fuq elementi oġġettivi — Responsabbiltà tal-Kummissjoni għat-tressiq tardiv, minn din l-impriża, ta’ talba għal klemenza — Assenza

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

13.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligu tal-Kummissjoni li tosserva l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Tressiq tardiv ta’ talba għal klemenza minħabba l-assenza ta’ informazzjoni dwar l-iżvolġiment ta’ investigazzjoni — Skambju ta’ ittri bejn il-Kummissjoni u impriża oħra li jissuġġerixxi retiċenza fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni — Assenza ta’ kummenti li jiddiskriminaw lill-ewwel impriża — Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

14.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Kollaborazzjoni effettiva tal-impriża fil-proċedura, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Inklużjoni — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, is-sitt inċiż tal-punt 3)

15.    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Dritt għal smigħ xieraq — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċeduri amministrattivi u ġudizzjarja fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

(Artikolu 81(1) KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(1) u 47)

16.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba ksur tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli — Ammissibbiltà

(Artikoli 81(1) KE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53-56)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 57, 66)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 58-62, 69)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 63, 64)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 84-86)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 97, 100)

7.      Ma jistax jiġi kkunsidrat li l-evalwazzjoni tal-gravità ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għandha tkun marbuta b’mod strett mal-impatt fuq il-kompetizzjoni jew mal-ħsara għall-kompetizzjoni u li, għaldaqstant, il-proprjetarji suċċessivi tal-istess grupp wieħed ta’ assi li kienu s-suġġett ta’ tali ksur jikkontribwixxu għal gravità waħda ta’ dan il-ksur.

Fil-fatt, l-effett ta’ prattika antikompetittiva ma huwiex, fih innifsu, il-kriterju determinanti fl-evalwazzjoni tal-ammont adegwat tal-multa.

Barra minn hekk, il-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA, jenfasizzaw b’mod ċar in-natura tal-ksur bħala element determinanti għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa. Fir-rigward tal-impatt konkret tal-ksur, dawn il-linji gwida jipprevedu l-kriterju tal-impatt reali fuq is-suq, li jikkonċerna l-ksur fl-intier tiegħu u mhux l-effetti tal-aġir speċifiku ta’ kull impriża, filwaqt li jippreċiżaw li dan l-impatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss meta jkun jista’ jiġi kkalkolat.

Barra minn hekk, l-akkordji orizzontali dwar prezzijiet jew dwar tqassim tas-swieq jistgħu jiġu kklassifikati bħala ksur serju ħafna fuq il-bażi biss tan-natura partikolari tagħhom, mingħajr ma l-Kummissjoni hija meħtieġa, b’mod partikolari, li turi impatt konkret tal-ksur fuq is-suq.

Fl-aħħar nett, il-kriterju tal-impatt reali tal-aġir illegali ta’ kull impriża fuq il-kompetizzjoni, li jissemma fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tal-punt 1 A tal-Linji gwida, huwa kriterju fakultattiv li jippermetti l-aġġustament tal-ammont inizjali tal-multa fil-każ ta’ ksur li jimplika diversi impriżi u ma huwiex kriterju determinanti fl-istabbiliment tal-ammont imsemmi. Barra minn hekk, dan il-kriterju ma jikkonċernax il-kwantifikazzjoni tal-effetti antikompetittivi tal-aġir partikolari ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ksur speċifiku iżda jikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa, ta’ differenzi oġġettivi li jista’ jkun hemm bejniethom, bħal, b’mod partikolari, disparità kunsiderevoli bejn id-daqs tagħhom.

Minn dan isegwi li, anki jekk jitqies li l-bidla fil-proprjetarju tal-istess grupp wieħed ta’ assi li kienu s-suġġett ta’ ksur ma kkawżat ebda ħsara addizzjonali għall-kompetizzjoni, dan il-fatt ma jippermettix li jiġi konkluż li l-proprjetarji suċċessivi kkontribwixxew għal gravità waħda tal-ksur u li l-ammont inizjali tal-multa għandu għalhekk jinqasam bejniethom sabiex jiġi evitat li jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn l-impatt veritabbli tal-aġir illegali ta’ kull impriża fuq il-kompetizzjoni.

(ara l-punti 103, 110, 112, 114, 116-118)

8.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, id-dħul mill-bejgħ globali ta’ impriża jikkostitwixxi indikazzjoni, anki jekk approssimattiva u imperfetta, tad-daqs tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha. Għaldaqstant, huwa possibbli għall-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni f’livell li jiżguralha natura suffiċjentement dissważiva, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża inkwistjoni.

B’hekk, filwaqt li d-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża jikkostitwixxi indikazzjoni tad-daqs tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha li tista’ tkun imperfetta u approssimattiva, fl-istess ħin, dan il-kriterju jista’ jintuża fil-kuntest tad-determinazzjoni taż-żieda tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv. Il-mertu inkontestabbli ta’ din is-soluzzjoni huwa li tippermetti lill-Kummissjoni tuża, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, kriterju oġġettiv, filwaqt li tapplikah mingħajr distinzjoni għall-impriżi kkonċernati kollha.

Minn dan isegwi li l-allegazzjoni, fis-sens li d-dħul mill-bejgħ ta’ impriża jirrifletti b’mod imperfett u approssimattiv biss is-saħħa ekonomika tagħha, ma hijiex biżżejjed, bħala tali, sabiex tegħleb ir-rilevanza ta’ dan il-kriterju fil-kuntest tad-determinazzjoni taż-żieda tal-ammont tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv.

Huwa minnu li wieħed ma għandux jinsa l-għan tal-impożizzjoni taż-żieda msemmija, jiġifieri l-aġġustament tal-multa b’tali mod li din ma tkunx negliġibbli, u lanqas min-naħa l-oħra ma tkun eċċessiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-kapaċità finanzjarja tal-impriża inkwistjoni. Madankollu, hija l-impriża li tinvoka tali argumenti li għandha tressaq provi li jistabbilixxu li d-dħul mill-bejgħ tagħha, meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, jagħti stampa tant qarrieqa tal-kapaċità finanzjarja tagħha li dan l-għan ma huwiex osservat fil-każ ineżami.

(ara l-punti 145-149)

9.      Fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-ammonti tal-multi imposti għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, tiżgura li d-differenzi bejn il-livelli taż-żidiet dissważivi imposti fuq id-diversi impriżi jirriflettu strettament kull differenza bejn l-impriżi fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ tagħhom. Filwaqt li d-dħul mill-bejgħ jikkostitwixxi kriterji rilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa f’livell li jiżgura li l-multa jkollha natura suffiċjentement dissważiva, l-iffissar ta’ multa adegwata xorta waħda ma għandux ikun neċessarjament ir-riżultat ta’ sempliċi kalkolu aritmetiku bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ.

(ara l-punt 174)

10.    Fil-qasam tal-kompetizzjoni, sabiex ikun ġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa fuq il-bażi tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell, l-informazzjoni mogħtija minn impriża lill-Kummissjoni għandha tkun tista’ titqies bħala prova ta’ kooperazzjoni reali min-naħa tagħha, sa fejn l-għan ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa huwa li impriża tiġi kkumpensata għal kontribuzzjoni matul il-proċedura amministrattiva li wasslet lill-Kummissjoni sabiex tikkonstata ksur b’inqas diffikultà. B’hekk, l-aġir ta’ impriża għandu jiffaċilita l-kompitu tal-Kummissjoni, li huwa li tikkonstata u twaqqaf ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u għandu juri intenzjoni reali ta’ kooperazzjoni.

Fid-dawl tar-raġuni wara t-tnaqqis, il-Kummissjoni ma tistax tinjora l-utilità tal-informazzjoni mogħtija, li neċessarjament tiddependi mill-provi li jkollha diġà fil-pussess tagħha.

B’mod partikolari, ġie deċiż li dikjarazzjoni li sempliċement tikkorrobora, sa ċertu punt, dikjarazzjoni li l-Kummissjoni kellha diġà fil-pussess tagħha ma tiffaċilitax il-kompitu tal-Kummissjoni b’mod sinjifikattiv u li tali dikjarazzjoni ma tistax tkun suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba kooperazzjoni. Minn dan isegwi li s-sempliċi fatt li dokument ikollu ċerta utilità għall-Kummissjoni u li l-Kummissjoni għalhekk tirreferi għalih fid-deċiżjoni tagħha ma jippermettix li jiġi ġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba kooperazzjoni.

(ara l-punti 182, 183, 201)

11.    Għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata timmotiva r-raġunijiet għalfejn tqis li l-provi pprovduti minn impriżi fil-kuntest tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell jikkostitwixxu kontribuzzjoni li tiġġustifika jew li ma tiġġustifikax tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta, huma mill-banda l-oħra l-impriżi li jkunu jixtiequ jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward li għandhom juru li l-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni mogħtija volontarjament minn dawn l-impriżi, ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tipprova l-elementi essenzjali tal-ksur u għalhekk li tadotta deċiżjoni li timponi multi.

(ara l-punt 184)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 208-217)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 222, 223, 235, 241, 244-246)

14.    L-applikazzjoni tas-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA, li jipprevedi ċirkustanza attenwanti dwar il-kollaborazzjoni effettiva tal-impriża fil-proċedura, lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell, għandha tkun eċċezzjonali.

Fil-fatt, l-applikazzjoni tas-sitt inċiż tal-punt 3 tal-linji gwida msemmija ma jistax ikollha l-konsegwenza li ċċaħħad il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni mill-effettività tagħha. Issa, mill-imsemmija komunikazzjoni jirriżulta b’mod ċar li din il-komunikazzjoni tiddefinixxi l-qafas li fil-kuntest tagħha jistgħu jiġu kkumpensati, minħabba l-kooperazzjoni tagħhom mal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-impriżi li huma jew li kienu msieħba f’akkordji sigrieti b’impatt fuq l-Unjoni. Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, l-impriżi jistgħu jiksbu tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħhom biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti f’din il-komunikazzjoni.

Barra minn hekk, tnaqqis tal-ammont tal-multa ma jistax ikun iġġustifikat għas-sempliċi raġuni li impriża tikkomunika informazzjoni li tmur lil hinn minn dik li l-Kummissjoni tkun talbet il-produzzjoni tagħha taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003, bħalma huma b’mod partikolari, provi inkriminanti. Huwa minnu li l-kollaborazzjoni ta’ impriża fl-investigazzjoni ma tagħti ebda dritt għal xi tnaqqis tal-ammont tal-multa meta din il-kollaborazzjoni ma tkunx marret lil hinn minn dak li jirriżulta mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003. Madankollu, dan ma jfissirx neċessarjament li raġunament bil-maqlub huwa wkoll minnu. Fil-fatt, anki provi inkriminanti jistgħu jkunu ta’ utilità limitata għall-Kummissjoni, b’mod partikolari meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet preċedenti minn impriżi oħra. Issa, l-utilità ta’ informazzjoni tikkostitwixxi l-element determinanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

(ara l-punti 252, 258, 260-262)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 282-285)

16.    Il-ġurisdizzjoni sħiħa li għandha l-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, tippermettilha tirriforma deċiżjoni tal-Kummissjoni, anki jekk ma tannullahiex, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha, sabiex tibdel, pereżempju, l-ammont tal-multa imposta fuq l-impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

B’hekk, fl-eventwalità li jiġi kkonstatat ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, inkluż, jekk ikun il-każ, minħabba t-tul tal-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar tkun tista’, billi tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, tikkundanna lill-impriża tħallas ammont li minnu, jekk ikun il-każ, titnaqqas parti bħala sodisfazzjon ġust għat-tul eċċessiv tal-proċedura. Tali eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa jista’ jkun meħtieġ, b’mod partikolari, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju u sabiex jiġi żgurat rimedju immedjat u effettiv kontra tali ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli.

Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali għandha l-kompetenza meħtieġa sabiex tiddeċiedi dwar it-talba espliċita ta’ impriża għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura, inkluż sa fejn din it-talba tikkonċerna t-tul tal-proċedura quddiemha.

(ara l-punti 292-296)