Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2023 – Meucci vs Il-Parlament u SEAE

(Kawża T-1123/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Meucci (Addis Ababa, l-Etjopja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenuti: Il-Parlement Ewropew u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjonijiet:

tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2023 tal-Presidenta Roberta Metsola li tawtorizza lir-rikorrent jibqa’ fis-servizz lil hinn minn 66 sena sat-30 ta’ Novembru 2023;

tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2023 tas-Segretarju Ġenerali Alessandro Chiocchetti li tawtorizza l-kollokament tar-rikorrent fl-interess tas-servizz ma’ SEAE biss sat-30 ta’ Novembru 2023;

tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 tas-Segretarju Ġenerali Alessandro Chiocchetti li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament u li toħorġu bil-pensjoni b’effett mit-30 ta’ Novembru 2023;

tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-13 ta’ Novembru 2030 li ttemm l-assenjazzjoni tar-rikorrent fi ħdan is-sezzjoni politika – sottosezzjoni Affarijiet Parlamentari tad-delegazzjoni tal-Unjoni Afrikana fit-30 ta’ Novembru 2023;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv jallega ksur tad-dritt ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-interess tas-servizz.

It-tielet motiv jallega ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Ir-raba’ motiv jallega ksur tad-dmir ta’ premura.

____________