Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Kopřiva - Horák vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/21) 1

(“Għajnuna finanzjarja – Programm Qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività (2007-2013) – Proġett ‘Smart Open Services for European Patients’ – Ftehim ta’ sussidju – Irkupru ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa – Spejjeż eliġibbli – Affidabbiltà tar-rendikonti tal-ħin tax-xogħol – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Kopřiva - Horák v.o.s., aventi kawża ta’ Společnost pro eHealth databáze, a.s. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u J. Hradil, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 6597 final tat-2 ta’ Settembru 2021 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 861 263, flimkien mal-interessi moratorji fl-ammont ta’ EUR 80 026.67 u ta’ EUR 82.59 għal kull jum ta’ dewmien addizzjonali, u dan b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2021, fil-konfront tagħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kopřiva - Horák v.o.s. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 37, 24.1.2022.