Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2010 - Kraft Foods Schweiz vs UASI - Compañía Nacional de Chocolates (CORONA)

(Kawża T-357/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Schweiz Holding GmbH (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Péters u T. de Haan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compañía Nacional de Chocolates SA (Medellín, il-Kolombja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 696/2009-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "CORONA" għal prodotti fil-klassi 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "KARUNA"irreġistrata fl-Estonja taħt in-numru 20671 għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark verbali "KARUNA" irreġistrata fil-Latvja taħt in-numru M36592 għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark verbali "KARŪNA" irreġistrata fil-Litwanja taħt in-numru 28143 għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell eskluda, b'mod żbaljat, il-probabbiltà ta' konfużjoni; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell sostna, b'mod żbaljat, li t-trade marks ma humiex simili jew identiċi.

____________