Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – TechnoCompound vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TechnoCompound GmbH (Bad Sobernheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Greinacher, J. Martin u B. Scholtka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 263(1) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tiftaħ, fil-konfront tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tas-sostenn għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn gass tal-minjieri skont il-Gesetz für den Vorrang erneuerbarer Energien (Liġi dwar l-għoti ta’ prijorità għall-enerġija rinnovabbli, iktar ’il quddiem l-“EEG”) u fir-rigward tat-tnaqqis tas-soprataxxa EEG għal impriżi li huma utenti intensivi tal-enerġija – Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN), deċiżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Frar 2014, Nru C 37, p. 73, sa fejn f’din id-deċiżjoni l-Kummissjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE l-iskema ta’ kumpens speċjali prevista fl-Artikoli 40 u 41 tal-EEG;

skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż neċessarji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 107 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta kklassifikat is-sostenn tal-enerġija rinnovabbli fil-forma tas-sistema tas-soprataxxa kif ukoll l-iskema ta’ kumpens speċjali li tnaqqas is-soprataxxa EEG bħala għajnuna u għalhekk il-proċedura għal investigazzjoni formali ma kellhiex tinfetaħ.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni preliminari tal-kwistjoni jekk l-iskema ta’ kumpens speċjali tikkostitwixxix għajnuna, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-iskema ta’ kumpens speċjali, sa fejn tistabbilixxi deroga mis-soprataxxa EEG, ma tagħti ebda trattament favorevoli lill-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku li dawn ma kinux jirċievu f’kundizzjonijiet tas-suq normali.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li ebda riżorsi tal-Istat ma huma involuti. Peress li d-dħul mis-soprataxxa EEG ma jikkostitwixxix riżorsi tal-Istat, id-deroga prevista għall-impriżi li huma utenti intensivi tal-elettriku ma tistax titqies bħala li tinvolvi riżorsi tal-Istat.Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-iskema ta’ kumpens speċjali lanqas ma toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-iktar l-iktar, din l-iskema tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li kienu jeżistu fl-assenza tas-soprataxxa EEG.It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimiIr-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kisret ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. L-iskema Ġermaniża dwar is-sostenn tal-enerġija ri

nnovabbli kienet diġà s-suġġett ta’ evalwazzjoni ddettaljata fid-dawl tad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, fis-sena 2002 il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni li din l-iskema ma kienet tinvol

vi ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat. Peress li f’dan ir-rigward l-EEG t

al-2012 ma introduċiet l-ebda emendi sostantivi meta mqabbla mas-sitwazzjoni legali eżistenti, l-operaturi ekonomiċi kkonċernati ma kellhomx għalfejn jistennew li ser ikun hemm investigazzjoni ġdida iżda setgħu jistennew li l-iskema tibqa’ fis-seħħ.It-tielet motiv: użu ħażin ta’ poterFl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni użat ħażin il-poteri mogħtija lilha mill-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE. Bil-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni qiegħda ssegwi l-għan prinċipali li tarmonizza, bħala prinċipju, is-sostenn tal-elettriku minn enerġija rinnovabbli. Dan l-għan fundamentali huwa rifless ukoll fl-abbozz ġdid tal-Linji gwida dwar l-għajnuna għall-ambjent u l-enerġija, abbozz li fih il-Kummissjoni tistabbilixxi għall-ewwel darb

a regoli dwar is-sostenn tal-enerġija

rinnovabbli. Madankollu, sabiex tikseb armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċeduri previsti fir-rigward tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet skont l-Artikoli 116 TFUE u 117 TFUE.