Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2007 - Franża vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/04)1

("Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika - Investimenti - Komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment - Proċeduri - Regolament (Euratom) Nru 1352/2003 -Nuqqas ta' kompetenza tal-Kummissjoni - Artikoli 41 KEEA sa 44 KEEA - Prinċipju ta' ċertezza legali")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Franża (rappreżentanti: inizjalment, F. Alabruine, G. de Bergues, C. Lemaire u E. Puisais, u wara G. de Bergues u S. Gasri, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Patakia, aġent)

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C.-D. Quassowski u A. Tiemann, aġenti) u r-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment, D. Haven, u wara M. Wimmer u fl-aħħar, A. Hubert, aġenti, assistiti minn J.-F. De Bock, avukat)

Suġġett

L-annulament tar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru. 1352/2003, tat-23 ta' Lulju 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1209/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-effettwar tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (ĠU L 192, p. 15).

Dispożittiv

1)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 1352/2003, tat-23 ta' Lulju 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1209/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-effettwar tal-komunikazzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 41 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika huwa annullat.

2)    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tar-Repubblika Franċiża.

3)    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 304, 13.12.2003 (preċedentement il-kawża C-455/03).