Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2024 minn Vadim Nikolaevich Moshkovich mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Kawża T-283/22, Moshkovich vs Il-Kunsill

(Kawża C-162/24 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Vadim Nikolaevich Moshkovich (rappreżentanti: D. Rovetta, avukat, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2 ;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2 ;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2 ;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/811 tat-13 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/806 tat-13 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 2 ;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundunna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appellant quddiem il-qorti tal-ewwel istanza u għal dawn il-proċeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

F’dan l-appell, l-appellant jinvoka sitt aggravji:

Il-Qorti Ġenerali naqset mit-twettiq tal-obbligu tagħha li tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – ksur tal-Artikolu 275 TFUE – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

Interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ inklużjoni (g) fis-sens li huma setturi ekonomiċi u mhux negozjanti li għandhom jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul – sussidjarjament, eċċezzjoni ta’ illegalità u inapplikabbiltà tal-kriterju għal inklużjoni fil-lista (g) skont l-Artikolu 277 TFUE.

Il-Qorti Ġenerali eċċediet il-portata tal-istħarriġ tagħha – Ksur relatat tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE.

Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-frażijiet “sors ta’ dħul” and “sostanzjali” fil-kriterju ta’ inklużjoni (g) – Żnaturament tal-fatti u tal-provi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE – Applikazzjoni żbaljata żbaljata tal-kriterju ta’ inklużjoni (g) għall-ħlas tat-taxxi.

Żnaturament tal-fatti u tal-provi relatat mar-rabta bejn isem l-appellant u l-għanijiet tal-miżuri restrittivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE.

Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni.

____________

1 ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifiki fil-ĠU 2022, L 117, p. 118 u fil-ĠU 2022, L 156, p. 160.

1 ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2022, L 117, p. 117 u fil-ĠU 2022, L 154, p. 76

1 ĠU 2022, L 239, p. 149.

1 ĠU 2022, L 239, p. 1.

1 ĠU 2023, L 75I, p. 134.

1 ĠU 2023, L 75I, p. 1.

1 ĠU 2023, L 101, p. 67.

1 ĠU 2023, L 101, p. 1.