Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 – Gaumina vs EIGE

(Kawża T-424/12) 1 

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-EIGE – Ċaħda tas-sejħa ta’ offerenti – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: UAB Gaumina (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: S. Aviža u D. Soloveičikas, avukati)

Konvenut: Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentanti: V. Langbakk, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE tas-26 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-offerta sottomessa magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13.DispożittivId-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tas-26 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-offerta sottomessa magħmula minn UAB Gaumina fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13 hija annullata.L-EIGE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk ta’ Gaumina.