Language of document : ECLI:EU:T:2013:617





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Gaumina vs EIGE

(Kawża T‑424/12)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-EIGE — Ċaħda tas-sejħa ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Sunt tar-raġunijiet imressqa (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 18))

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi rigward l-offerta magħżula kif ukoll isem il-persuna li ntgħażlet — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Oneru tal-prova dwar id-data ta’ meta waslet l-informazzjoni mibgħuta permezz tal-posta elettronika (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 28-32, 36, 37, 39, 40, 42)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentata tardiva tal-provi — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1)) (ara l-punt 44)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE tas-26 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), tas-26 ta’ Lulju 2012, li tiċħad l-offerta magħmula minn UAB Gaumina fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13 hija annullata.

2)

L-EIGE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk ta’ Gaumina.