Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (skype)

(Kawża T-423/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva skype – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype Ultd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment I. Fowler, solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC, sussegwentement A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, Ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: D. Rose u V. Baxter, solicitors, sussegwentement D. Rose, R. Guthrie, solicitors, T. Moody-Stuart, barrister, u J. Curry, solicitor)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2012, (Każ R 1561/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skype Ultd, min-naħa l-oħra.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Skype Ultd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), minn Sky plc u minn Sky IP International Ltd.