Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – l-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju – Għajnuna implementata mill-Ġermanja favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristruturazzjoni tiegħu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet – Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa li ma hijiex tal-Istat Membru – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, M. Windisch, W. Peschorn u S. Ullreich, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Artikolu 19(1)(d) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5062 finali, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28487 (C 16/2009 ex N 254/2009) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank, kif ukoll, sussegwentement għat-tħassir tal-imsemmija deċiżjoni permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/657 tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lill-Bayerische Landesbank (il-Kawża SA. 28487 (C 16/09, ex N 254/09)) (notifikata bid-dokument C(2013) 507) (ĠU 2015, L 109, p. 1), talba għal annullament tal-Artikolu 2(1)(d) u (2) ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 373, 1.12.2012.