Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Frar 2012 - Chen vs UASI - AM Denmark (Cleaning devices)

(Kawża T-55/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Su-Shan Chen (Sanchong, it-Tajwan) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: AM Denmark A/S (Kokkedal, id-Danimarka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)(UASI), tas-26 ta' Ottubru 2011, fil-Każ R 2179/2010-3, u

tikkundanna lill-UASI u lill parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn għal prodott "apparat għat-tindif" - Disinn Komunitarju Nru 1027718-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell titlob li d-disinn Komunitarju jiġi ddikjarat invalidu abbażi tal-Artikoli 4 sa 9 u l-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; trade mark Kommunitarja tridimensjonali Nru 5185079, għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Disinn Komunitarju kkontestat iddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, peress li l-Bord tal-Appell żbaljatament ikkunsidra li t-trade mark Komunitarja preċedenti kienet użata fid-disinn Komunitarju kkontestat. Barra minn dan, il-Bord tal-Appell ma kellux jikkunsidra li t-trade mark preċedenti kellha l-livell minimu ta' karattru distintiv meħtieġ sabiex tkun tista' tiġi rreġistrata. Ksur tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma applikax dan l-Artikolu b'mod korrett. Fil-fatt, b'kuntrast mal-pożizzjoni adottata mill-UASI, l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma jagħtix lill-parti l-oħra quddiem il-UASI d-dritt li tipprojbixxi l-użu tad-disinn Komunitarju kkontestat, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni. B'mod partikolari, ix-xebh bejn id-disinn Komunitarju tar-rikorrenti u t-trade mark tal-parti l-oħra ma huwiex tali li jagħti lok għal probabbiltà ta' konfużjoni.

____________