Language of document : ECLI:EU:T:2013:640





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Nabipour et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑58/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fuq l-ammissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament”

1.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 17)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li fil-mori tal-kawża jissostitwixxi l-att ikkontestat – Element ġdid – Ammissibbiltà ta’ talbiet ġodda (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punti 20, 22)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ smigħ qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri – Assenza – Assenza ta’ ksur ta’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punt 33)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin jew wara l-adozzjoni tal-att li jikkawżawlu preġudizzju – Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi kif ukoll tal-bażi legali tad-deċiżjonijiet meħuda – Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b), 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2), Nru 1245/2011 u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 33-35, 44, 45, 48, 54)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin jew wara l-adozzjoni tal-att li jikkawżawlu preġudizzju – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punti 34, 36-39, 79, 133)

6.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 57)

7.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal- istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punt 67)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba f’dan is-sens lill-Kunsill (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punt 77)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni u entitajiet li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi kif ukoll tal-bażi legali tad-deċiżjonijiet meħuda – Raġuni bbażata fuq il-kunċett ta’ kumpannija li sservi ta’ paraventu li ma tippermettix lill-persuni kkonċernati jifhmu l-fatti kkontestati u lill-qorti teżerċita l-istħarriġ tagħha (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b), 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2), Nru 1245/2011 u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 61-64, 220)

10.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi u miżuri fil-qasam tal-ammissijoni ta’ ċerti persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Aġir li jikkorrispondi għal sostenn għal tali proliferazzjoni – Assenza – Riskju ta’ sostenn għall-proliferazzjoni nukleari fil-futur – Natura insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-miżuri inkwistjoni (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX) (ara l-punti 95-101, 107, 108, 223-226)

11.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Annullament parzjali f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi identiċi – Riskju ta’ preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali – Żamma tal-effetti tal-ewwel wieħed minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni att (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2011/783/PESK u 2013/270/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Nru 1245/2011 u Nru 267/2012) (ara l-punti 245-251)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-raba’ u d-disa’ rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi l-ismijiet ta’ Ghasem Nabipour, Mansour Eslami, Mohamad Talai, Mohammad Moghaddami Fard, Alireza Ghezelayagh, Gholam Hossein Golparvar, Hassan Jalil Zadeh, Mohammad Hadi Pajand, Ahmad Sarkandi, Seyed Alaeddin Sadat Rasool u Ahmad Tafazoly fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi l-ismijiet ta’ G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

3)

L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir‑Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly.

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil M. M. Fard u A. Sarkandi.

5)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 u tad-Deċiżjoni 2013/270 għandhom jinżammu f’dak li jikkonċerna lil G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly, mid-dħul fis-seħħ tagħhom sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012.

6)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

7)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn G. Nabipour, M. Eslami, M. Talai, M. M. Fard, A. Ghezelayagh, G. H. Golparvar, H. J. Zadeh, M. H. Pajand, A. Sarkandi, S. A. Sadat Rasool u A. Tafazoly.