Language of document : ECLI:EU:T:2021:708


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Standardkessel Baumgarte Holding vs EUIPO (Standardkessel)

(Kawża T617/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Standardkessel – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar‑Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punti 15, 16)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 22)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 23, 24, 33)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett – Trade mark komposta minn kelma jew neoloġiżmu li jirriżulta minn kombinazzjoni ta’ elementi

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 37)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali Standardkessel

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 42 sa 44, 46, 51 sa 55)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – 96885 / Refus d’enregistrement fondé sur l’un des motifs absolus de refus énumérés à l’article 7, paragraphe 1, du règlement 2017/1001 – Karattru suffiċjenti

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1))

(ara l-punt 59)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali Standardkessel

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 62 sa 66, 78)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta' evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 69 sa 72)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 73)

10.    Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Slogan li jittrażmetti messaġġ oġġettiv

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 77)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2665/2019‑1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Standardkessel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2665/2019-1) hija annullata fir-rigward tal-prodotti “metalli komuni u l-ligi tagħhom; materjal ta’ metal fi stat mhux ipproċessat u parzjalment ipproċessat, għal użu mhux speċifikat; materjal metalliku għall-kostruzzjoni (mhux elettriku)” li jaqgħu fil-klassi 6, “tagħmir ta’ elevazzjoni (magni), krejnijiet” li jaqgħu fil-klassi 7 u s-servizzi ta’ “kiri ta’ ġeneraturi; riċiklaġġ ta’ żibel u skart” kif ukoll ta’ “inċinerazzjoni ta’ żibel; riċiklaġġ ta’ skart u ta’ materjal riċiklabbli; riċiklaġġ ta’ prodotti kimiċi; trattament ta’ skart [trasformazzjoni]; separazzjoni ta’ skart u materja prima rkuprata (trasformazzjoni)” li jaqgħu taħt il-klassi 40 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.