Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Standardkessel Baumgarte Holding vs EUIPO (Standardkessel)

(Kawża T-617/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Standardkessel – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrent: Standardkessel Baumgarte Holding GmbH (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bosse u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2665/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Standardkessel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2665/2019-1) hija annullata fir-rigward tal-prodotti “metalli komuni u l-ligi tagħhom; materjal ta’ metal fi stat mhux ipproċessat u parzjalment ipproċessat, għal użu mhux speċifikat; materjal metalliku għall-kostruzzjoni (mhux elettriku)” li jaqgħu fil-klassi 6, “tagħmir ta’ elevazzjoni (magni), krejnijiet” li jaqgħu fil-klassi 7 u s-servizzi ta’ “kiri ta’ ġeneraturi; riċiklaġġ ta’ żibel u skart” kif ukoll ta’ “inċinerazzjoni ta’ żibel; riċiklaġġ ta’ skart u ta’ materjal riċiklabbli; riċiklaġġ ta’ prodotti kimiċi; trattament ta’ skart [trasformazzjoni]; separazzjoni ta’ skart u materja prima rkuprata (trasformazzjoni)” li jaqgħu taħt il-klassi 40 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 414, 30.11.2020.