Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – CrossFit vs EUIPO – Pitk Pelotas (CROSSWOD EQUIPMENT)

(Kawża T-506/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CROSSWOD EQUIPMENT – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark verbali preċedenti CROSSFIT – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CROSS – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CrossFit LLC (Boulder, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Mărginean, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pitk Pelotas, SL (Noain, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 325/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

CrossFit LLC u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 389, 10.10.2022.