Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – Shaman Spirits vs EUIPO – Global Drinks Finland (LAPLANDIA Land of purity et)

(Kawża T-679/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ revoka ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kanċellazzjoni ta’ iskrizzjonijiet – Kanċellazzjoni ta’ iskrizzjoni fir-reġistru vvizzjata bi żball manifest imputabbli lill-EUIPO – Iskrizzjoni ta’ liċenzji fir-reġistru għat-trade marks figurattivi LAPLANDIA Land of purity et – Kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja – Prova tal-għoti ta’ liċenzja mill-proprjetarju rreġistrat – Kunċett ta’ ‘żball manifest imputabbli lill-EUIPO’ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 103(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oy Shaman Spirits Ltd (Tyrnävä, il-Finlandja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Drinks Finland Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant : T. Talvitie, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Settembru 2022 (Każ R 909/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Oy Shaman Spirits Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Global Drinks Finland Oy, inklużi dawk li din tal-aħħar sostniet quddiem il-Bord tal-Appell.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 15, 16.1.2023.