Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – European Gaming and Betting Association vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/21) 1

(Għajnuna mill-Istat – Miżura statali li testendi liċenzji tal-logħob tal-ażżard mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Gaming and Betting Association (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: T. De Meese, K. Bourgeois u M. Van Nieuwenborgh, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u J. Carpi Badía, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u C. Schillemans, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, European Gaming and Betting Association, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8965 final, tat-18 ta’ Diċembru 2020, dwar il-Każ SA.44830 (2016/FC) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Estensjoni tal-liċenzji tal-logħob tal-ażżard fil-Pajjiżi l-Baxxi, li tissemma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Jannar 2021 (ĠU 2021, C 17, p. 1).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8965 final, tat-18 ta’ Diċembru 2020, dwar il-Każ SA.44830 (2016/FC) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Estensjoni tal-liċenzji tal-logħob tal-ażżard fil-Pajjiżi l-Baxxi, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-European Gaming and Betting Association.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 206, 31.5.2021.