Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – International Foodstuffs vs EUIPO – Société des produits Nestlé (TIFFANY CRUNCH N CREAM)

(Kawża T-321/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TIFFANY CRUNCH N CREAM – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti CRUNCH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: International Foodstuffs Co. LLC (Charjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: J. Blum, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, Suisse) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, C. Elkemann u J. Thomsen, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Marzu 2022 (Każ R 2136/2020-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

International Foodstuffs Co. LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 276, 18.7.2022.