Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2023 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/22) 1

(“Rikors għal annullament – FAEG – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Pagament indebitu – Ittra tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba għar-reviżjoni tal-ittra tagħha li tiċħad it-talba għal estensjoni mit-terminu ta’ tmien snin sabiex isir l-irkupru – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u M. ter Haar, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jitlob l-annullament tal-ittra bir-referenza Ares(2022) 1097097 li l-Kummissjoni Ewropea indirizzatlu fil-15 ta’ Frar 2022, li tirrifjuta t-talba għar-reviżjoni tal-ittra tas-6 ta’ Jannar 2022 li tiċħad it-talba ta’ dan l-Istat Membru għal estensjoni tal-erba’ snin mit-terminu ta’ tmien snin previst għall-irkupru ta’ pagamenti indebitament imħallsa lil Telerscoöperatie FresQ U. A. abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 237, 20.6.2022.