Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – Portal Golf Gestión vs EUIPO – Augusta National (imaster.golf)

(Kawża T-677/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea imaster.golf – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali preċedenti MASTERS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Reputazzjoni – Xebh – Rabta – Vantaġġ inġust – Assenza ta’ raġuni ġġustifikata – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Portal Golf Gestión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Garrido Pastor, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Augusta National, Inc. (Augusta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: H. Koenraad, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 2204/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Portal Golf Gestión, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Augusta National, Inc.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 15, 16.1.2023.