Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – Symrise vs ECHA

(Kawża T-656/20) 1

(“REACH – Sustanza homosalatum – Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi – Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet – Talba għal studji tat-tossiċità addizzjonali – Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali – Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 – Artikolu 2(4)(b), Artikolu 14(5)(b) u Taqsima 3 tal-Anness XI tar-Regolament Nru 1907/2006 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Symrise AG (Holzminden, il-Ġermanja) (rappreżentanti : R. Cana u E. Mullier, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere, L. Bolzonello u A. Deloff-Bialek, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Cruelty Free Europe (CFE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Vandamme, V. McClelland, avukati, u P. Moser, barrister), European Federation for Cosmetic Ingredients (EFfCI) (Brussell) (rappreżentanti : R. Cana u E. Mullier, avukati), PETA International Science Consortium Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u PETA Science Consortium International eV (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Dereškevičiūtė, avukata, D. Scannell u S. Love, barristers)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni A-009-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-18 ta’ Awwissu 2020 dwar il-kontroll tal-konformità tal-fajl ta’ reġistrazzjoni tagħha għas-sustanza homosalatum, li tiċħad ir-rikors tagħha ppreżentat kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2018 li permezz tagħha l-ECHA kienet talbitha tipprovdi, b’mod partikolari, studji dwar l-annimali vertebrati.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Symrise AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Cruelty Free Europe (CFE), PETA International Science Consortium Ltd, PETA Science Consortium International eV u European Federation for Cosmetics Ingredients (EFfCI) għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021.