Language of document : ECLI:EU:T:2014:118





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – American Express Marketing & Development vs UASI (IP ZONE et)

(Kawżi magħquda T‑102/11 u T‑369/12 sa T‑371/12)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali IP ZONE, EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 16, 17)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 18)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade marks verbali IP ZONE, EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 24, 26‑36)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1125/2010‑2), u tat-12 ta’ Ġunju 2012 (Każijiet R 1451/2011‑2, R 1452/2011‑2 u R 1453/2011-2), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, rispettivament, tas-sinjal IP ZONE u tas-sinjali EUROPE IP ZONE, IP ZONE EUROPE u EUROPEAN IP ZONE bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

American Express Marketing & Development Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.