Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2011 - American Express Marketing & Development vs UASI (IP ZONE)

(Kawża T-102/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: American Express Marketing & Development Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Diċembru 2010, mogħtija fil-Każ R 1125/2010-2 ;

sussidjarjament, temenda d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Diċembru 2010, mogħtija fil-Każ R 1125/2010-2, u tiddikjara li l-appell huwa ġustifikat;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "IP ZONE" għas-servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda li t-trade mark ma għandhiex il-karattru distintiv neċessarju u hija deskrittiva f'dak li jirrigwarda s-servizzi inkwistjoni.

____________