Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2022 – QM vs Il-Kunsill
(Kawża T-471/22)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: QM (rappreżentant: St. Koev, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u tiddikjara li l-motivi kollha invokati fir-rikors huma fondati;
tikkonferma li l-atti kkontestati jistgħu jiġu parzjalment annullati;
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/849 tat-30 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja 1 sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/840 tat-30 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja 1 sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrent, għall-ispejjeż, għall-onorarji u għal spejjeż oħra marbuta mad-difiża tiegħu.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
L-ewwel motiv: ksur serju tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.
It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill.
It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Ir-raba’ motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.
Il-ħames motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-libertà ekonomika.
Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien normali.
Is-seba’ motiv: ksur serju tad-dritt għal reputazzjoni tajba.
____________
1 ĠU 2022, L 148, p. 52.
1 ĠU 2022, L 148, p. 8.