Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011 - Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta' gradazzjoni ta' prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa - Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta' April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________