Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 - Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11) 

(Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/CE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra b'effett mill-2013 -

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta' riferiment ta' prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjoni - Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta' interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta' eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa - Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta' April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH, Rogesa - Roheisengesellschaft Saar mbH, Salzgitter Flachstahl GmbH, ThyssenKrupp Steel Europe AG u voestalpine Stahl GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.