Language of document : ECLI:EU:T:2013:420





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) at-12 ta’ Settembru 2013 —
Palirria Souliotis vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑380/11)

“Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolamentari fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Regolament ta’ klassifikazzjoni tariffarja — Inklużjoni — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 289(1) sa (3) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 447/2011) (ara l-punti 27‑32, 42‑45)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon – Palirria Souliotis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.