Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 – DHL International vs UASI – Service Point Solutions (SERVICEPOINT)

(Kawża T-218/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SERVICEPOINT – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ServicePoint u trade marks nazzjonali preċedenti – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DHL International (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment K.-U. Jonas u J. Bogatz, sussegwentament M. Viefhues, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Service Point Solutions, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Zamora Martinez, sussegwentament, C. Osterrieth, T. Schmitz u A. Doepner, u finalment I. Valdelomar Serrano, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Frar 2010 (Każ R 62/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Service Point Solutions, SA u DHL Operations BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

DHL International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 195, 17.07.2010.