Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Jannar 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/09)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Kuntratti dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika f’Neubrandenburg — Ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittra tal-Kummissjoni li sempliċement tikkomunika l-ewwel analiżi provviżorja fir-rigward ta’ eventwali miżura ta’ għajnuna mill-Istat — Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 25-27, 29, 30)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Intimazzjoni lill-istituzzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE — Kunċett — Ittra tal-Kummissjoni li tikkomunika l-ewwel analiżi provviżorja fir-rigward ta’ eventwali miżura ta’ għajnuna mill-Istat — Inklużjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 88(2) KE u 232 KE) (ara l-punti 37-39, 41)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mir-rikorrenti dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika f’Neubrandenburg ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din tal-aħħar ma ħaditx pożizzjoni fuq dawn il-kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG.