Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2023 – WU vs Eurojust

(Kawża T-1176/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WU (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2023 u d-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2023;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta’ EUR 60 000 lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-Deċiżjoni 2023-03 ta’ Eurojust tal-14 ta’ Frar 2023, li tagħlaq mingħajr ma jittieħdu passi l-investigazzjoni amministrattiva u li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent, dan tal-aħħar jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat, minn naħa, fuq kunflitt ta’ interess min-naħa tar-rappreżentant ta’ Eurojust fil-kuntest tal-kwistjoni ineżami u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità oġġettiva.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ diversi irregolaritajiet proċedurali.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-kunċett ta’ fastidju fil-konklużjoni li kull wieħed mill-aġir stabbiliti permezz tal-investigazzjoni amministrattiva kien ta’ natura xierqa, ġustifikata u leġittima.

____________