Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Iliad et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Sentenza Altmark – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Nuqqas fis-suq – Kumpens eċċessiv”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Iliad (Pariġi, Franza); Free infrastructure (Pariġi) u Free (Pariġi) (rappreżentant: T. Cabot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti); ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Szpunar u B. Majczyna, sussegwentement B. Majczyna, aġenti); u d-département des Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J. D. Bloch u G. O’Mahony, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 – Franza).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Iliad, Free infrastructure u Free għandhom ibatu kemm l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Id-département des Hauts-de-Seine, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.