Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Mejju 2010 - Rapone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Chiara Rapone (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Rapone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-EPSO ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrenti milli tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tat-talba l-ġdida tar-rikorrenti sabiex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW, liema ċaħda ġiet ikkonfermata fil-komunikazzjoni EPSO tat-12 ta' April 2010;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________