Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 – Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/12)1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Kuntratti li jikkonċernaw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġetti li jaqgħu fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentani: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. García García, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-irkupru tal-ammonti msemmija fin-noti ta’ debitu li jikkorrispondu għall-awditu finanzjarju li ġiet suġġetta għalih ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mhux kuntrattwali intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tad-danni fl-ammont ta’ EUR 732 768.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1  ĠU C 157, 2.6.2012.