Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-648/19) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Nike – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Prinċipju ta’ distakkament – Vantaġġ – Natura selettiva– Ugwaljanza fit-trattament – Amministrazzjoni tajba – Eżami preliminari insuffiċjenti – Diffikultajiet serji – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi), Converse Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u D. Colgan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6 finali, tal-10 ta’ Jannar 2019, li tirrigwarda l-għajnuna mill-Istat SA.51284 (2018/NN) ( in-Netherlands – Għajnuna mill-Istat possibbli favur Nike, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nike European Operations Netherlands BV u Converse Netherlands BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 413, 9.12.2019.