Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI - Núñez Martín u Machado Montesinos (KOZMETIKA AFRODITA)

(Kawża T-574/15)

Lingwa tar-rikors: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Kozmetika Afrodita d.o.o. (Rogaška Slatina, is-Slovenja) (rappreżentant: B. Grešak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pedro Nuñez Martín (Madrid, Spanja) u Carmen Guillermina Machado Montesinos (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “KOZMETIKA AFRODITA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 798 253Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoniDeċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2577/2014-4Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tar-Regola 50(2)(ħ) tar-Regolament Nru 2868/95.

____________