Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Settembru 2016 – Kozmetika Afrodita vs EUIPO – Núñez Martín et Machado Montesinos (AFRODITA COSMETICS)

(Kawża T-575/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva AFRODITA COSMETICS – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti EXOTIC AFRODITA MYSTIC MUSK OIL u figurattiva preċedenti AFRODITA MYSTIC MUSK OIL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Kozmetika Afrodita d.o.o. (Rogaška Slatina, is-Slovenja) (rappreżentant: B. Grešak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pedro Núñez Martín (Madrid, Spanja) u Carmen Guillermina Machado Montesinos (Madrid)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2015 (Kawża R 2578/2014 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, P. Núñez Martín u C. G. Machado Montesinos u, min-naħa l-oħra, Kozmetika Afrodita.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kozmetika Afrodita d.o.o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 406, 7.12.2015.