Language of document : ECLI:EU:T:2016:573





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 –
Kozmetika Afrodita vs EUIPO – Núñez Martín u Machado Montesinos (AFRODITA COSMETICS)

(Kawża T‑575/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva AFRODITA COSMETICS – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti EXOTIC AFRODITA MYSTIC MUSK OIL u figurattiva preċedenti AFRODITA MYSTIC MUSK OIL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21-23, 58)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva AFRODITA COSMETICS – Trade mark verbali EXOTIC AFRODITA MYSTIC MUSK OIL u trade mark figurattiva AFRODITA MYSTIC MUSK OIL (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 60-64)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 26)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29-32, 41)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2578/2014‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, P. Núñez Martín u C. Machado Montesinos u, min-naħa l-oħra, Kozmetika Afrodita.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kozmetika Afrodita d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.