Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Aldi vs EUIPO – Rouard (GOURMET)

(Kawża T-572/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GOURMET – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea ORIGINE GOURMET – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Rouard u Aldi.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.

____________

1 ĠU C 389, 23.11.2015